Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

This administration's successes in the economic sector and in the tourism sector are undoubted. Measures such as the free childcare service have helped the economy to continue to steam ahead. Editorjal, The Times 15.4.2016

Din il-website hija inizjattiva personali

 

Merhba,

 

Fiha ghandek issib opinjonijiet fuq diversi suggetti partikolarment fuq il-politika Maltija. Il-bazi tal-web site hija maghmula minn fatti u figuri li fittixt u ghamilthom ghad-dispozizzjoni taghkom. Fridt l-opinjoni mill-fatti sabiex hadd ma jitfixkel. Fatti jibqghu dejjem fatti u wiehed jinterpretahom skond kif jarahom hu. L-informazzjoni hija pprezentata b’mod semplici u car u maqsuma skond is-suggett. Ippruvajt ukoll naghti vuci lil min ried isemma lehnu permezz tal-guestbook, imma sfortunatament kien hemm diversi Nazzjonalisti li approfittaw ruhhom minn dan u jew uzaw spazju zzejjed inkella rrikorrew ghal insulti, theddid u kliem oxxen li jien mhux lest naccetta f’din il-website. Din mhux site kummercjali ghalhekk m’hemmx riklami fiha. Sejrin tinnutaw li l-maggoranza assoluta tal-kwotazzjonijiet uzati m'humiex minn sorsi li jappoggjaw lill-Partit Laburista anzi huma minn sorsi Nazzjonalisti. . . . u din taghmel l-argumenti aktar interessanti.

 

Ghaliex saret maltapolitics.com?

 

Onestament nghid li ma kelli l-ebda hsieb li naghmel din il-website. Gejt kostrett nibda dan il-progett minhabba li wara snin nikteb f’The Times, l-editur deherlu li kellu jaghlaqli halqi specjalment wara li l-Partit Nazzjonalista rebah l-elezzjoni tal-1998. L-editur ghandu kull dritt ma jaqbilx ma’ dak li nikteb jien imma mbaghad ma jistax jghid li jaghti spazju lill-opinjonijiet diversi meta fl-istess hin ittri ta’ kritika ghall-Partit Nazzjonalista jigu njorati. Din nuqqas ta’ demokrazija f’The Times. Fil-pagna “L-Oxxenita tal-1996” qieghed nuri bic-car kif The Times titratta korrispondenti bhali. Bhala vittma tal-arroganza ta’ The Times jien kelli niehu triq ohra biex insemma lehni. It-triq l-ohra kienet maltapolitics.com li inti qieghed fiha bhalissa. Ghamiltha bil-Malti ghaliex hija ndirizzata lill-Maltin.

 

Il-futur ta’ maltapolitics.com

 

Din is-site bdiet bhala mezz biex nippubblika l-ittri tieghi li gew iccensurati. Eventwalment is-site hadet xejra ohra li ma kienetx ippjanata cioe’ saret mezz ta’ informazzjoni dwar hafna suggetti li fosthom pero tispikka dejjem il-politika f’Malta. Bil-mod kif zviluppat u kibret maltapolitics.com u mill-hafna messaggi tal-qarrejja deher car li din is-site imliet vojt li kien jinhass hafna, appuntu l-bzonn ta’ facilita li f’site wahda, dawk li tinteressahom il-politika, jistghu jsibu informazzjoni dwar suggetti jaharqu, liema informazzjoni kienet mifruxa l’hawn u l’hinn u f’kazi wkoll ma kienetx maghrufa. Galadarba maltapolitics.com stabbiliet ruhha bhala mezz ta’ informazzjoni politika, il-futur taghha huwa garantit sakemm tibqa l-possibilita li nzomm din is-site hajja. L-attentati biex iwaqqfuni minn dawk li riedu li din is-site tinghalaq, s’issa ma hadmux u nispera li l-ghan taghhom ma jintlahaqx.

 

Fil-waqt li nirringrazzjak tal-ghazla tieghek li tidhol f’din il-website, nghidlek li maltapolitics.com tigi aggornata regolarment u ghad baqa' aktar informazzjoni x’tizdied. Jekk wara li tifli din is-site, tkun trid taghmel xi kummenti tista' taghmel dan billi tibghat email fl-indirizz maltapolitics@yahoo.com Kull kumment jista' jigi ppubblikat. 

 

Grazzi.

 


maltapolitics.com hija unika. Kien hemm min ipprova jikkupjaha, ohrajn ikkwotaw lil dan is-sit u ghamlu l-argumenti bhala taghhom, ohrajn hadu ritratti u informazzjoni mis-sit ghall-uzu taghhom. Tajjeb, dan jindika li maltapolitics.com irnexxiet ghax imliet vojt li kien ilu jinhass fejn saret sors ta’ informazzjoni dwar hafna suggetti partikolarment il-politika f’Malta. Grazzi tmur lil dawk li jikkonfermaw is-sors taghhom bhala maltapolitics.com Billi wiehed juri s-sors tal-argumenti/informazzjoni tieghu mhux se taqa’ d-dinja imma hija turija ta’ apprezzament ghax-xoghol li ili naghmel ghal hafna snin.


 

Int il-viżitatur numru

Dan l-aħħar

Sentiment komuni wara l-ħatra

ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-PN.

“Kif infired il-partit…

Qatt qabel issa ma kont nistħi ngħid

li jien Nazzjonalista… ISTĦU!!!!!” (Bernardette Deguara, Facebook 17.9.2017)

Recent Photos

Testimonials

  • "L-oppinjoni tieghi,f'din s-site,KULLHADD ghandu CANS JESPRIMI RUHU!!!, taqel u ma taqbilx,PROSIT TASSEW!!!"
    DOREEN BORG
  • "Filwaqt li nghidlek proset ta din is-site, nissugerilek tfakkar dak il-mishut Malta File ta zmien EFA. Grazzi"
    GRAY FOX