Malta u l-politika

Ittri ċċensurati u punti ta' riflessjoni politika.

Money is flowing and people’s financial aspirations are being met. - Editorjal, The Sunday Times 2.6.2019

A siege mentality, a divide-and-rule approach, attacks against independent media and a sense of denial within the PN following two historic defeats are to blame for the current state of the Nationalist Party. - Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista

Din il-website hija inizjattiva personali


Merhba,


Fiha ghandek issib opinjonijiet fuq diversi suggetti partikolarment fuq il-politika Maltija. Il-bazi tal-web site hija maghmula minn fatti u figuri li fittixt u ghamilthom ghad-dispozizzjoni taghkom. Fridt l-opinjoni mill-fatti sabiex hadd ma jitfixkel. Fatti jibqghu dejjem fatti u wiehed jinterpretahom skond kif jarahom hu. L-informazzjoni hija pprezentata b’mod semplici u car u maqsuma skond is-suggett. Ippruvajt ukoll naghti vuci lil min ried isemma lehnu permezz tal-guestbook, imma sfortunatament kien hemm diversi Nazzjonalisti li approfittaw ruhhom minn dan u jew uzaw spazju zzejjed inkella rrikorrew ghal insulti, theddid u kliem oxxen li jien mhux lest naccetta f’din il-website. Din mhux site kummercjali ghalhekk m’hemmx riklami fiha. Sejrin tinnutaw li l-maggoranza assoluta tal-kwotazzjonijiet uzati m'humiex minn sorsi li jappoggjaw lill-Partit Laburista anzi huma minn sorsi Nazzjonalisti. . . . u din taghmel l-argumenti aktar interessanti.


Ghaliex saret maltapolitics.com?


Onestament nghid li ma kelli l-ebda hsieb li naghmel din il-website. Gejt kostrett nibda dan il-progett minhabba li wara snin nikteb f’The Times, l-editur deherlu li kellu jaghlaqli halqi specjalment wara li l-Partit Nazzjonalista rebah l-elezzjoni tal-1998. L-editur ghandu kull dritt ma jaqbilx ma’ dak li nikteb jien imma mbaghad ma jistax jghid li jaghti spazju lill-opinjonijiet diversi meta fl-istess hin ittri ta’ kritika ghall-Partit Nazzjonalista jigu njorati. Din nuqqas ta’ demokrazija f’The Times. Fil-pagna “L-Oxxenita tal-1996” qieghed nuri bic-car kif The Times titratta korrispondenti bhali. Bhala vittma tal-arroganza ta’ The Times jien kelli niehu triq ohra biex insemma lehni. It-triq l-ohra kienet maltapolitics.com li inti qieghed fiha bhalissa. Ghamiltha bil-Malti ghaliex hija ndirizzata lill-Maltin.


Il-futur ta’ maltapolitics.com


Din is-site bdiet bhala mezz biex nippubblika l-ittri tieghi li gew iccensurati. Eventwalment is-site hadet xejra ohra li ma kienetx ippjanata cioe’ saret mezz ta’ informazzjoni dwar hafna suggetti li fosthom pero tispikka dejjem il-politika f’Malta. Bil-mod kif zviluppat u kibret maltapolitics.com u mill-hafna messaggi tal-qarrejja deher car li din is-site imliet vojt li kien jinhass hafna, appuntu l-bzonn ta’ facilita li f’site wahda, dawk li tinteressahom il-politika, jistghu jsibu informazzjoni dwar suggetti jaharqu, liema informazzjoni kienet mifruxa l’hawn u l’hinn u f’kazi wkoll ma kienetx maghrufa. Galadarba maltapolitics.com stabbiliet ruhha bhala mezz ta’ informazzjoni politika, il-futur taghha huwa garantit sakemm tibqa l-possibilita li nzomm din is-site hajja. L-attentati biex iwaqqfuni minn dawk li riedu li din is-site tinghalaq, s’issa ma hadmux u nispera li l-ghan taghhom ma jintlahaqx.

Fil-waqt li nirringrazzjak tal-ghazla tieghek li tidhol f’din il-website, nghidlek li maltapolitics.com tigi aggornata regolarment u ghad baqa' aktar informazzjoni x’tizdied. Jekk wara li tifli din is-site, tkun trid taghmel xi kummenti tista' taghmel dan billi tibghat email fl-indirizz maltapolitics@yahoo.com  Kull kumment jista' jigi ppubblikat.


Grazzi.


maltapolitics.com hija unika. Kien hemm min ipprova jikkupjaha, ohrajn ikkwotaw lil dan is-sit u ghamlu l-argumenti bhala taghhom, ohrajn hadu ritratti u informazzjoni mis-sit ghall-uzu taghhom. Tajjeb, dan jindika li maltapolitics.com irnexxiet ghax imliet vojt li kien ilu jinhass fejn saret sors ta’ informazzjoni dwar hafna suggetti partikolarment il-politika f’Malta. Grazzi tmur lil dawk li jikkonfermaw is-sors taghhom bhala maltapolitics.com Billi wiehed juri s-sors tal-argumenti/informazzjoni tieghu mhux se taqa’ d-dinja imma hija turija ta’ apprezzament ghax-xoghol li ili naghmel ghal hafna snin.


 

Int il-viżitatur numru

Enough is enough. No more lies, deceit and shady behaviour. We deserve better. PN deserves better. #Malta deserves better. - Claudette Buttigieg MP PN, Facebook 3.6.2019

Il-kaz egrant.

Ara r-rapport.